Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un jidher fil-pubbliku għall-ewwel darba f’20 ġurnata.
Dan wara numru ta’ spekukazzjonijiet globali dwar saħħet il-mexxej Korean hekk kif hu deher l-aħħar fil-pubbliku fit-12 ta’ April.
Ir-rapport fil-midja Koreana qal illi l-ħaddiema tal-fabbrika nfexxew f’ċapċip hekk kif raw lill-mexxej tagħhom fil-fabbrika waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ filwaqt li ppublikat ritratt ta’ Kim Jong Un jaqta’ ż-żigarella.
Madankollu, dawn ir-rapporti ma setgħux jiġu kkonfermati minn sorsi oħra indipendenti.