Kelb li ħareġ għall-għarrieda f’nofs ta’ triq ittajjar minn vettura fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 ta’ wara nofsinhar.Fuq il-post, ix-xufiera qalet ma’ ONE News kif sabet lill-kelba ma’ wiċċha meta ma kinitx qed tistennieh, u ħadet xokk kbir.
Filwaqt li esprimiet id-dispjaċir tagħha stqarret li ma setgħetx tevita l-inċident hekk kif ma setgħetx teqleb il-karreġġjata għax kienet issib il-karozzi ma’ wiċċha.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza tal-Animal Welfare.