Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta se jiġbor l-informazzjoni biex fi żmien ġimagħtejn oħra jiddiskuti s-sit tal-Jerma Palace u l-użu tiegħu. Bini li aktar kmieni dan ix-xahar l-Awtorità tal-Ippjanar ħarget ordni ta’ infurzar fuqu wara snin t’abbandun.
Id-deċiżjoni tal-Kunsill ittieħdet wara li Charlot Cassar kunsillier nazzjonalista ressaq mozzjoni biex tħeġġeġ lill-Gvern jixtri l-Jerma u jagħmel minnha spazju miftuħ. Xi ħaġa li tixbah lil dak li seħħ fil-Cafè Premiere għalkemm is-sitwazzjoni hi differenti.
Peró tressqet emenda li tħeġġeġ lis-sidien tal-lukanda Jerma biex jagħmlu żvilupp sostenibbli.
Fuq kollox l-ewwel pass għandu jitwaqqa’ l-post li kerraħ iż-żona, jekk mhux żviluppat.
Wara diskussjonijiet f’dan is-sens inħass li l-mozzjonijiet u l-emendi kienu qed isiru quddiem sitwazzjoni fejn il-kunsill ma kellu ebda studju jew rapporti fuq xiex jfassalhom.
Għaldaqstant kien hemm qbil biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa u jsiru laqgħat ma’ entitajiet biex fiż-żmien li ġej il-Kunsill ikollu idea aħjar ta’ xinhi s-sitwazzjoni tal-post u minn hemmhekk ikun jista jressaq il-proposti tiegħu.