Waqt l-aħħar laqgħa tal-MCESD, ingħata rendikont tal-ħidma li qed issir għat-tfassil ta’ ‘Viżjoni Malta 2050’. Hawnhekk, il-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri spjega li fi ftit ġimgħat oħra ‘Viżjoni Malta 2050’, se tkun qed tiġi ppreżentata lill-Kabinett u wara tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika.
Kienet laqgħa pożittiva ħafna fejn komplejna nibnu fuq il-ħafna tajjeb li diġà qegħdin nippreżentaw u wkoll sabiex naraw fejn irridu nkomplu ntejbu sabiex fl-aħħar mill-aħħar inkunu f’pożizzjoni li nippreżentaw din il-viżjoni li mbagħad trid terġa’ tmur ukoll għal-konsultazzjoni pubblika però li fl-aħħar mill-aħħar tkun viżjoni li tirrapreżenta lil kulħadd u li tolqot lil kulħadd. Dak huwa l-għan ta’ dan il-gvern li jmexxi viżjoni li ma tkunx ta’ ministeru wieħed jew ta’ gvern wieħed imma viżjoni ta’ poplu Malti u Għawdxi sħiħ”
Il-Ministru Silvio SchembriREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul fisser il-viżjoni bħala opportunità unika biex insawru Malta ta’ għada.
“Iva din hija viżjoni li ser tolqot lil kulħadd mhux biss dak in-negozjant stabbilit li forsi irid jibqa’ ikabbar l-operat tiegħu jew min irid jiġi jinvesti għall-ewwel darba f’pajjiżna imma se tolqot ukoll lill-ġenituri li se jrabbu, iż-żgħażagħ, lill-ġenerazzjonijiet futuri, l-anzjani li jridu jirtiraw f’pajjiż trankwill u din ħa sservi biex pajjiżna jagħmel vera dik il-qabża għall-kwalità’ u biex ikun jaf kulħadd id-direzzjoni li ser jieħu pajjiżna għas-snin li ġejjin.”
Andy Ellul , Segretarju Parlamentari
Iċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb, spjega li, wara diversi laqgħat interni fi ħdan l-MCESD, din kienet it-tielet laqgħa formali fejn il-Gvern ippreżenta l-andament tal-Iżvilupp ta’ ‘Viżjoni Malta 2050’.
Illum rajna dettalji interessanti ħafna bi sforz biex il-gvern jisma’ d-dettalji u konsiderazzjonijiet u r-reazzjonijiet tal-imsieħba soċjali bħala suġġerimenti biex din il-viżjoni dejjem issir aħjar u tkun komprensiva u inklussiva, dak li qed infittxu llum.”
David Xuereb, Chairperson Mcesg