Il-Pinċep Sawdi Mohammed bin Salman qal li kien jikkunsidra lill-ġurnalist Jamal Khashoggi bħala Islamist perikoluż.
Huwa qal dan f’telefonata mal-White House qabel mal-Għarabja Sawdija ammettew li kienu l-moħħ wara d-delitt tiegħu. L-istess pajjiz ċaħad dawn ir-rapporti. Khashoggi li kien Sawdi u jaħdem fl-Istati Uniti kien magħruf għall-kritika li kellu lejn il-mexxejja ta’ pajjiżu. Xahar mill-qtil tiegħu, sa issa għadhom ma nstabux partijiet mill-katavru tiegħu.
Madankollu kemm it-Turkija kif ukoll l-Għarabja Sawdija qablu li l-ġurnalist inqatel fil-Konsolat Sawdi ta’ Istanbul.