Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kompla joħroġ għonqu għall-Kelliem tiegħu għall-ġustizzja Jason Azzopardi li bl-aġir tiegħu poġġa lis-suldati tal-Armata u lill-Prim Ministru taħt il-lenti ta’ inkjesta u akkużahom bi qtil volontarju ta’ immigranti.
Meta kien qiegħed jieħu sehem fil-programm Realtà fuq l-istazzjon Nazzjonali, Adrian Delia kompla jaqbeż għal kelliem tiegħu fuq il-ġustizzja u jagħmel tiegħu l-allegazzjonijiet.
Delia stqarr: “Ix-Shadow Minister tagħna tal-ġustizzja, mhux hu għamilha. Iffirmaha bħala avukat.”
Il-kwerela li fetaħ id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi tista’ twassal għall-akkużi li jġorru magħhom piena ta’ għomor il-ħabs.
Saħansitra fuq ix-xandir nazzjonali, Delia ddefenda lil Jason Azzopardi anki jekk dan tal-aħħar lanqas biss tarraflu li se jagħmel denunzja kontra l-Armata u l-Prim Ministru.
Meta mistosi: “Ma taħsibx li Jason Azzopardi kellu jikkunsulta miegħek?”
Delia wieġeb: “Kellu jikkonsulta magħna.”