Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil uża intervista fuq Radio 101 il-Ħadd filgħodu biex ddefenda l-pożizzjoni tiegħu li ma jagħtix vot ħieles dwar il-liġi ta’ żwieġ ugwali.
Propju fil-jum fejn kienu diversi d-deputati nazzjonalisti li rrikorrew għal midja indipendenti biex jesprimu n-nuqqas ta’ qbil tagħhom dwar il-liġi ta’ żwieġ ugwali Simon Busutil ikkonferma d-diżgwid intern fil-Partit Nazzjonalista.