Raġel iddeċieda li jagħmel ta’ rasu u minflok ħeles minn xi affarijiet li ma kellux bżonn b’mod sostenibbli, iddeċieda li jaħraqhom fuq il-bejt ta’ residenza fiż-Żurrieq. Kien id-duħħan li seta’ jintlemaħ għall-ħabta tal-10:50 fi Triq il-Qroll fiż-Żurrieq li ġibed l-attenzjoni ta’ bosta li ħasbu li din il-binja inħakmet min-nirien u għalekk ċemplu għall-għajnuna.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn mal-wasla tagħhom innutaw x’kien qed jiġri. Ġara li r-raġel beda jargumenta mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili bil-konsegwenza li ssejħet l-għajnuna tal-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit.