Żewġ aħwa Rumeni mixlija bi traffikar ta’ 31 kilo droga kannabis ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.
L-aħwa Ionut Iosub ta’ 21 sena u Costantin Constantin Iosub ta’ 19-il sena, tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea wara li kienu arrestati fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.
Dan wara li l-Erbgħa filgħaxija l-Pulizija tal-Iskwadra kontra d-Drogi qabdet waħda mill-ikbar qabdiet tad-droga kannabis għal din is-sena meta l-Pulizija sabu 31 kilogramma ta’ kannabis moħbija f’qiegħ falz ta’ vettura li kienet għadha kif waslet Malta bil-katamaran minn Sqallija.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Mercieca u Justine Grech.