Raġel mill-Qrendi ta’ 47 sena ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika wara li tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa ta’ ponn lil martu. Isem l-akkużat mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti.
Jidher li mart l-akkużat għamlet rapport mal-Appoġġ, allegatament wara li qalgħet daqqa ta’ ponn. Jum wara, bint l-akkużat qalet li missierha kien qed ikun abbużiv fil-konfront tagħha wkoll. Kien hawnhekk li s-social workers infurmaw lill-Pulizija u r-raġel ġie arrestat.
Fil-Qorti ġew ippreżentati diversi ċertifikati mediċi li ddokumentaw il-ġrieħi tal-allegat vittma. Din tpoġġiet taħt ordni ta’ protezzjoni u l-akkużat ma jistax jersaq viċin tagħha.
L-akkużat inħeles mill-arrest abbażi ta’ depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000. Huwa kien ordnat ukoll li jmur jgħix f’dar oħra, u se jitħalla jmur fid-dar propja tiegħu darbtejn kuljum biex jitma’ liż-żiemel tiegħu, fejjem f’ħin fejn martu ma tkunx id-dar.