Muhamad Topik Hidayat wieġeb mhux ħati għall-akkużi t’attentat ta’ qtil ta’ Indoneżjan.
Hidayat, mill-Indoneżja wkoll allegatament ta daqqiet ta’ sikkina f’ras il-vittma.
L-Indoneżjan ta’ tletin sena, li joqgħod il-Fgura, ġie mixli wkoll li insulenta u hedded lill-vittma.
Il-prosekuzzjoni xehdet li l-akkużat kien involut fi ġlieda bejn żewġ Indoneżjani oħra fil-Fgura nhar il-Ħadd li għadd.
Il-prosekuzzjoni xehdet ukoll li l-vittma ttieħed l-isptar b’ambulanza u kien fil-periklu li jitlef ħajtu.