Meta mar fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista biex jintervistah ġurnalist tax-xandir nazzjonali, Bernard Grech kien mistoqsi sensiela ta’ mistoqsijiet dwar il-fatt li ma kienx ħallas eluf kbar ta’ ewro f’taxxa u f’VAT.
Saħansitra ċertu pendenzi jmorru lura b’disa’ snin.
Mistoqsi dwar il-fatt li hu mar jipprova jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu ma’ tat-taxxa u tal-VAT hekk kif kien ħiereġ għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Grech ċaħad li mar jirranġa l-pożizzjoni tiegħu għax kien ħiereġ għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Meta mistoqsi: “Il-mistoqsija xorta tibqa’. Kellu jkun ġurnal li jiżvela li kellek dawn il-pendenzi biex inti bħala kandidat għal ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista biex inti tmur u tirratifika?”
Bernard Grech wieġeb: “Le mhux il-każ, le mhux il-każ.”
Għalkemm qal li mhux il-każ, Bernard Grech mar iħallas eluf ta’ ewro f’kontijiet pendenti li kellu hekk kif daħal fit-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Fuq is-saga tat-taxxa u tal-VAT kompla jgħid li tista’ taqa’ fil-ħajja: “Iva tista’ taqa’ fil-ħajja. Iva tista’ tbati fil-ħajja.”
Fuq ir-radju nfexx jattakka lill-Partit Laburista b’rabta man-nuqqasijiet fiskali tiegħu: “Bla dubju l-Partit Laburista kien ilu jogħrok idejh, però malli ħareġ iċ-ċertifikat bla dubju beda jqatta’ xagħru.”
Meta ħabat jiddejjaq li l-attenzjoni tal-midja hija għal kollox fuq in-nuqqas tiegħu li ħallas it-taxxa u l-VAT, Grech qal li dan huwa każ magħluq.
Grech stqarr: “Illum huwa case closed, is-sitwazzjoni hija magħluqa.”
Din tal-każ magħluq reġa’ qalha, hekk kif il-ġurnalist reġa’ staqsieh iżjed.
Grech sostna: “Għalija u għal kulħadd din hija case closed.”
Imbagħad meta l-ġurnalist ried jistaqsih fuq materji oħra, Bernard Grech ħa ftit tan-nifs għaliex il-mistoqsijiet fuq in-nuqqasijiet tiegħu ma’ tat-taxxa u tal-VAT kienu waqfu u rringrazzja mhux ftit lill-ġurnalist.
Meta l-ġurnalist qal: “Inkomplu fuq is-suġġett tas-sitwazzjoni, però din id-darba fuq il-Partit Nazzjonalista.”
Bernard Grech qal: “Grazzi, grazzi.”
Intant Bernard Grech semma lil ONE News, li qed jibqa’ jagħmillu mistoqsijiet pertinenti dwar is-saga tat-taxxa u tal-VAT.
Huwa qal: “Se ngħaddilek għaliex kien hawn il-ġurnalist tal-ONE Colin, isfel però offretjulu u m’aċċettax.”
Il-ġurnalist ta’ ONE News kien barra l-istamperija u għall-mistoqsijiet ta’ dan l-istazzjon, evidentament, Bernard Grech deher mifxul.
Fil-fatt spiċċa infixel fi kliemu stess u kien għodu lissen li għandu ċ-ċertifikat tad-due diligence.
Colin Deguara stqasieh: “Dr. Grech issa l-flus tal-VAT li ħadt lin-nies, ħallasthom kollha?”
Bernard Grech wieġeb: “Kif inti Colin, kollox sew? Għandi pjaċir, mid-dehra se nibdew niltaqgħu spiss jiena u inti.”
Colin Deguara reġa’ staqsieh: “Iddejqek il-preżenza tiegħi?
Bernard Grech qallu: “Lanqas xejn, għandi ċ-ċertifikat tad-due… ta’ tal-…”
Colin Deguara reġa’ staqsieh: “Lid-deputati… flus tal-VAT.”