Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ċaħad b’mod kategoriku li huwa kien ġie mwissi li l-festin, li sar mill-ħaddiema fl-uffiċċju tiegħu, imur kontra r-regoli tal-lockdown.
Huwa ċaħad il-kummenti li għadda l-eks assistent tiegħu, Dominic Cummings, li saħaq li hu kien wissa lil Johnson dwar ir-regoli.
Cummings akkuża lill-Prim Ministru Ingliż li qed iqarraq bil-Membri Parlamentari Ingliżi.
Meta mistoqsi jekk jirriżenjax fl-eventwalità li jinstab ħati li żgwida l-Membri Parlamentari Ingliżi, Johnson wieġeb li se jistenna r-rapport li se jkun ippubblikat daqt.