“Hedded lis-saċerdoti li jiġu sospiżi jekk jirrifjutaw li jqarbnu lil min hu divorzjat u miżżewweġ mill-ġdid.”
L-Isqof Mario Grech ċaħad din l-allegazzjoni li qed tingħad f’ċerti sezzjonijiet tal-midja, li hu hedded lil xi saċerdoti li jekk persuna divorzjata jew li reġgħet iżżewġet issaqsihom biex titqarben u jirrifjutaw jispiċċaw sospiżi.
Dan b’referenza għall-artiklu li ġie ppublikat fuq sit internazzjonali bit-titlu ta’ “Maltese bishop threatens priests will be suspended a divinis for refusing communion to divorced/remarried.” L-artiklu jitratta ittra li nqrat fil-knejjes Maltin, ittra li titkellem dwar ir-reliġjon u n-nies separati, li qegħdin f’rabta ġdida jew divorzjati.
L-Isqof, fi stqarrija, saħaq li dawn l-allegazzjonijiet “assolutament mhux minnhom.”