Olandiż ċaħad l-akkużi li ttraffika l-kokaina u l-ecstasy fi Frar li għadda.
Timothy Jacobs, ta’ tmienja u tletin sena minn Naxxar, tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess ta’ droga u li wettaq reat mitt metru distanza minn post iffrekwentat minn persuni minorenni.
L-avukat Stefano Filletti talab għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif qal li l-uniku xhud li jonqsu jixhed qiegħed il-ħabs u li l-akkużat mar għand il-pulizija minn jeddu.
Il-qorti ħelset lil Jacobs fuq depożitu ta’ elfejn u ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ għaxart elef ewro.
Huwa kien ordnat jiffirma l-għassa darbtejn kuljum.