F’dawn l-aħħar sigħat beda jiġi ċċirkolat SMS qarrieqi b’rabta mal-proċess tal-vaċċinazzjoni f’pajjiżna.
Dan il-messaġġ, li saħansitra spiċċa fuq Facebook beda jħeġġeġ lin-nies imorru jieħdu l-vaċċin mingħajr appuntament min-numru ta’ ċentri li qed jagħtu l-vaċċin madwar Malta.
Il-proċess tal-vaċċinazzjoni f’pajjiżna huwa wieħed mill-aktar spediti fid-dinja u min-nhar il-Ġimgħa li għadda bdew japplikaw ukoll biex jieħdu l-vaċċin persuni ‘l fuq minn 40 sena.
Sabiex wieħed jirreġistra għandu jew jibgħat SMS fuq 99180045 f’Malta jew b’SMS fuq 99180044 f’Għawdex jew inkella jidħol fuq is-sit vaccin.gov.mt u jirreġistra b’mod online minn hemm.