Il-kumpanija tal-iGaming, Betsson, illum qed tiċċelebra l-1,000 impjegat tagħha f’Malta. Ċelebrazzjoni li saret propju fl-uffiċini tagħhom f’Ta Xbiex.
Għal din l-okkażjoni l-Minsistru responsabbli mill-qasam diġitali, Emmanuel Mallia, qal li l-Gvern huma kommess li jkompli joħloq klima ekonomika favorevoli biex is-settur privat ikompli jinvesti u jħaddem aktar nies.
Betsson bdiet topera minn Malta fis-sena 2006 u minn għaxar ħaddiema rnexxielha ssaħħaħ il-forza tax-xogħol b’rata mgħaġġla fid-dawl tad-domanda li għandhom.