Il-koppja Lourdes u Joseph Abela għandhom 80 sena u għadhom jgħixu fid-dar li fiha rabbew tliet uliedhom.
Laqawna fil-kċina fejn l-aktar li jqattgħu il-ħin tagħhom. Fil-kamra li fiha Lourdes tħejji l-ikel ta’ kuljum filwaqt li Joseph isegwi xi logħba futbol jew fil-bitħa jagħlef l-għasar li għandu tant għal qalbu jew jagħmel xogħol fil-ġardina li fiha għandu siġar tal-frott u xtieli tal-ħwawar.
Lourdes spjegatilna kif sena wara l-oħra, Joseph dejjem iġibilha tifkira għal jum san Valentinu.
Lourdes Abela qaltilna: “Kull sena jħobb iġib xi ħaġa jew tal-ħelu jew xi ċikkulati jew hekk jew xi ħaġa bil-fjuri. Iħobb iġib hekk ukoll kull sena.”
Għalkemm kartolini ma jixtrix, jagħtiha tifkira għal jum il-maħbubin.
Hija kompliet billi qalet: “Cards ma jħobbx jixtri li hu, imma bħall souvenier li żżommu tifkira iħobb jixtri iva kull sena.”
Lourdes irrakkontatilna kif iltaqgħu. Kien jum Lapsi, id-19 ta’ Mejju tal-1966 meta Joseph mill-Ħamrun u Lourdes mis-Siġġiewi ltaqgħu għall-ewwel darba waqt li kienu se jirkbu tal-linja. Ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ f’jum l-Imnarja tliet snin wara.
Hija tenniet li: “Kien nhar Lapsi konna l-Għadira u aħna u ġejjin lura ltqajna fil-kju biex nirkbu l-karozza”
Minn dakinhar nibtet imħabba u din is-sena se jkunu qed jiċċelebraw għeluq il-50 anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Lourdes ftakret f’mumenti li spikkaw waqt it-tieġ.
Hija rrimarkat ukoll li: “Jien kont domt ma dħalt il-knisja u kif kont dieħla, kif wasalt ħdejn il-bieb ġie jilqana hu. L-ewwel darba fil-knisja ta’ San Bastjan Ħal Qormi. U mbgħad spiċċajna ħażin għax meta refgħuna kif spiċċa tieġ u kollox waqgħu bija.
Bejn kelma u oħra, Joseph stqarr li s-sigriet ta’ mħabba għal dejjem huwa li meta koppja targumenta, ma żżommx f’qalbha.
Joseph Abela qal: “Bħalissa nħossni sewwa imma xi kultant nilletikaw xi daqsxejn li jsiru fil-familji però mbgħad it-tnejn jgħaddilna, anke din jgħaddilha wkoll mhux tibqa’ żżomm ġo qalbha.”
Il-koppja anzjana xehedu kif l-imħabba ma għandiex età, kif ukoll li l-koppja għandha tkun għal xulxin dejjem kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin.