Matul il-festi tal-Milied jidher li lil hinn mid-dinja ukoll hemm it-tiżjin tal-Milied, hekk kif l-astronawti tal-International Space Station, l-ISS ħejjew naqa tiżjin ħelu għal waqt il-festin.
Għalkemm għalina hija sempliċi li noħroġu nixtru t-tiżjin tal-Milied u nżejjnu djarna, biex tiżżejjen l-isatellita, jirrikjedi pjan loġistiku kumpless hekk kif id-dekorazzjonijiet b’xi mod jew ieħor għandhom bżonn jaslu bi preċiżżjoni assoluta. L-ISS tinsab mal-420KM ‘il-bogħod mid-dinja u qed torbita b’veloċità ta’ 27,000 kilometru fis-siegħa madwar id-dinja.
Bħalissa abbord is-satellita hemm Ġermaniż, 2 Russi u 4 astronawti tan-NASA. Għalkhemm l-astronawti jiġu minn diversi pajjiżi, b’kulturi differenti, xorta waħda ingħaqdu flimkien sabiex jiċċelebraw il-Milied.