“X’jiġri meta kull kelb li kien f’istitut tal-annimali jiġi adottat? Flimkien mal-voluntiera tidħol taqbeż u tiċċelebra fil-kennels!” qalet waħda mill-istaff f’xelter tal-annimali li jinsab f’Colarado, b’ferħ kbir it-Tnejn li għadda.
Skond ix-xelter tal-annimali li jinsab f’Colarado, f’temp ta’ ftit ġimgħat ġew adottati 25 qattus u 23 kelb sat-Tnejn li għadda, iżda dan ma jfissirx li mhux se jirċievu aktar annimali li jkunu abbandunati minn sidhom.
Dan hekk kif waħda mill-membri li taħdem fix-xelter qalet “Il-ħidma se tkun qed tkompli iżda xtaqna naqsmu dan il-mument ma’ kulħadd għax rari tiġri xi ħaġa bħal din!”
L-istess membru sostniet li kull annimal tinstablu dar ġdida permezz ta’ monitoraġġ fuq is-sid li jkun se jaddotta l-kelb jew qattus, dan biex jiżguraw li sejjer għand xi ħadd li lest irabbi membru ieħor tal-familja.