Xagħar Ira huwa suġġett li qed jittieħed b’serjetà kbira.
Almenu hu s-suġġett ta’ battalja bejn żewġ ditti tax-xagħar – Prive’ u Schwarzkopf. Id-direttur ta’ Prive’ kiteb fuq Facebook li b’mod qarrieqi, Schwarzkopf qed jinsistu li ħadu ħsieb xagħar Ira fil-Eurovision Song Contest.
Ħaġa li Prive’ qed jgħidu li mhux vera. Skont ta’ Prive’, Schwarzkopf kienu sponsors ġenerali tal-Eurovision, u ma ħadux ħsieb xagħar Ira speċifikament. Id-direttur ta’ Prive’ juża ton urtat mhux ħażin, għaliex skont hu, il-kummenti tiegħu fuq il-paġna ta’ Schwarzkopf tħassru.

Dan huwa l-post li Schwarzkopf kitbu fuq Facebook

Wara li tela’ dan il-post fuq Facbook, Schwarzkopf wieġbu permezz ta’ kumment. Spjegaw li huma ma joffrux servizzi ta’ styling, iżda kienu sponsors ta’ prodotti kemm fl-ispettaklu Malti u anke dak barrani. Mill-iskambju ta’ kummenti, jidher li spiċċaw paċi.

