Raġel ta’ tmienja u għoxrin sena nħeles mll-arrest wara li fil-Qorti ċaħad akkużi fost oħrajn ta’ serq minn garaxx privat f’Wied il-Għajn.
Fil-Qorti r-raġel ġie akkużat li seraq żewġ karozzi u brazzuletta minn dan il-garaxx, kif ukoll li kkultiva l-pjanta tal-kannabis u li kellu fuqu raża tal-kannabis. Il-Qorti xlietu wkoll li huwa riċediv.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u l-Qorti ħelsitu mill-arrest abbażi ta’ diversi kundizzjonijiet.