Passiġġieri li se jivjaġġaw lejn l-Amerka u minn ċertu pajjiżi ma jistgħux iġorru laptops magħhom. Skont mezzi Amerikani tax-xandir, dan qed iseħħ wara theddida terroristika. L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku ilu jfassal mezzi kif jista’ jdaħħal splussivi f’ajruplani billi jaħbihom f’oġġetti elettroniċi. Issa qed jingħad li l-Amerka għandha ħjiel sostanzjali u kredibbli li jindika li jista’ jkun hemm theddida. Ir-restrizzjoni daħlet fis-seħħ għal dawk li se jivjaġġaw minn għaxar ajruporti fi tmien pajjiżi.
Din hija l-lista ta’ oġġetti prjobiti;
- Laptops
- Tablets
- E-readers
- Cameras
- Portable DVD players
- Electronic game units larger than a smartphone
- Travel printers/scanners
Madnakollu jista’ jkun hemm żidiet ma’ din il-lista. Dawn il-projbizzjonijiet mhux se jeffetwaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-ajruport effetwati huma dawn:
- Queen Alia International, Amman, Jordan
- Cairo International Airport, Egypt
- Ataturk Airport, Istanbul, Turkey
- King Abdulaziz International, Jeddah, Saudi Arabia
- King Khalid International, Riyadh, Saudi Arabia
- Kuwait International Airport
- Mohammed V International, Casablanca, Morocco
- Hamad International, Doha, Qatar
- Dubai International, United Arab Emirates
- Abu Dhabi International, United Arab Emirates