Jum li żgur li l-ebda Malti u Għawdxi qatt m’hu se jinsa. Il-jum meta sirna nafu li t-Tieqa tad-Dwejra m’għadhiex hemm. Kienu bosta li ddeskrivew din it-telfa bħala waħda kbira, tant li kienu diversi siti internazzjonali li rrapportaw din l-aħbar.
Kienet żona li tiġbed ħafna turisti u kif ukoll Maltin u Għawdxin iżda minkejja li waqgħet f’Marzu li għadda u ssa m’għadiex hemm, xorta waħda n-nies għadhom qed iżuruha.
Għalkemm it-Tieqa m’għadhiex hemm, din iż-żona xorta toffri żjara li wieħed żgur m’għandux jitlef.