Mat-tlett elf student qed jibqgħu jirċievu l-lunch tal-iskola fi djarhom waqt pandemija.
Dawn it-tfal jaqgħu taħt skema 9 li hija skema mmirata biex toffri għajnuna lil studenti li għandhom sfidi soċjo-ekonomiċi jew li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali.
Din l-iskema se tipprovdi lil dawn l-istudenti affarijiet essenzjali.
Josanne Ghirxi, id-Direttur tas-Servizzi Nazzjonali tas-Sapport fl-Iskejjel qalet li permezz ta’ din l-iskema qed tingħata għajnuna speċifika u meħtieġa lill-istudenti.
Hija qalet li dawn it-tfal qed jingħataw għajnuna differenti fosthom ikel u uniformijiet.
Minkejja li f’dan l-aħħar żmien it-tagħlim kien qed isir b’mod virtwali, din l-iskema baqgħet fis-seħħ u l-għajnuna baqgħet tasal.