Fi Brusell għaddejjin diskussjonijiet kruċjali dwar Brexit bejn in-negozjaturi ewlenin tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, wara li fil-jiem li għaddew kien hemm nuqqas ta’ qbil dwar kif se jsir il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet wara Brexit.
F’negozjati s-Sibt, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von Der Leyen ma laħqu l-ebda ftehim dwar is-suġġett, u mistennija jkomplu bid-diskussjonijiet bejniethom it-Tnejn li ġej.
Fost l-oħrajn iż-żewġ partijiet għadhom ma ftehmux fuq ir-regoli tal-kompetizzjoni u d-drittijiet ta-sajf, u l-mod li bih se jkun infurzat il-ftehim, iżda jidher li hemm qbil dwar oqsma oħra.
Ir-Renju Unit għadu qed jisħaq li aħjar jibqa’ mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea milli jintrabat fi ftehim li se jiswa’ agħar.
Jekk ma jintlaħaqx ftehim, se jsiru kontrolli fuq il-fruntieri mar-Renju Unit, u jiġu introdotti taxxi fuq l-importazzjoni u esportazzjoni tal-prodotti bejnu u l-Unjoni Ewropea.