Illum f’iżjed minn sagħtejn ta’ diskussjoni in-nazzjonijiet iddiskutew l-aħħar abbozz ta’ ftehim tal-COP26 li jittratta dwar il-pjanijiet għat-tibdil fil-klima għas-snin li ġejjin.
Fost il-punti li ġew diskussi hemm t-twaqqif gradwali tal-użu tal-faħam u s-sussidji fuq fjuwils oħra li jħammġu, kif ukoll għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi foqra.
Il-president tal-COP26 Alok Sharma stqarr li huwa jifhem li dan il-ftehim jista’ jkun jinħass iebes minn ċertu nazzjonijiet. Madankollu, issa jmiss li wara sessjoni plenarja finali li mistennija tkun formali u teknika ħafna, jekk ħadd ma joġġezzjona u jipprova jbiddel il-ftehim, il-COP26 uffiċjalment jintemm fi ftehim ġdid.