Missier u iben baqgħu jinżammu arrestati wara li wieġbu li mhumiex ħatja ta’ rabta mas-sejba ta’ laboratorju tal-kokaina f’Bormla li fih kienet qed tissajjar il-crack cocaine.
Mario Brignone, ta’ 68 sena minn Bormla, u Josef Zammit, ta’ 30 sena, minn Wied il-Għajn, ġew akkużati b’pussess ta’ droga, ta’ ħasil ta’ flus, u ksur ta’ kundizzjonijiet tal-Qorti.
Il-Prosekuzzjoni qalet li fil-proprjetà tal-akkużati nstab laboratorju ta’ dik li tissejjaħ crack cocaine.
Kompliet tgħid li Zammit ġie arrestat meta mar jiffirma fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, fejn fi tfittxija fil-karozza tiegħu nstabulu diversi qratas bil-kokaina u l-eroina.
Il-Pulizija fittxew fid-dar ta’ missieru fejn sabu flus moħbija kif ukoll ċavetta li biha fetħu residenza abbandunata fil-viċin, fejn sabu aktar flus u droga.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, iż-żewġ akkużati talbu għall-ħelsien mill-arrest għax iddeskrivew lil missier bħala “fraġli”, tant li kellu jittieħed l-isptar fejn inżamm għal 5 sigħat.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest filwaqt li iffiriżat l-assi tat-tnejn li huma.