Il-Produttur Amerikan Harvey Weinstein tal-films ittieħed l-isptar ta’ Bellevue li jinsab f’Manhattan wara li nstab ħati t’abbuż sesswali u stupru.
Huwa beda jilmenta b’uġigħ f’sidru, hekk kif kien fi triqtu lejn l-ħabs f’Rikers Island.
Huwa mistenni li jingħata s-sentenza fil-11 ta’ Marzu li ġej. L-Imħallef ordna li li Weinstein jibqa’ jinżamm arrestat. Dan minkejja li l-avukata tad-difiża appellat lill-Imħallef biex Weinstein jinħeles mill-arrest sakemm tingħata s-sentenza minħabba li ta’ kuljum f’daru sabiex ma jitlifx id-dawl ta’ għajnejh.