Għalkemm Bernard Grech bidel il-pożizzjoni u issa qed jgħid li kontra r-riforma proposta fil-liġi tal-kannabis, huwa xorta waħda jrid il-mertu dwar din ir-riforma.
Meta mistoqsi dwar kif issa qed imur kontra abbozz ta’ liġi li fil-passat kien qal li l-Gvern ikkopjah dwaru, huwa ta x’jifhem li jrid il-mertu għall-punti mill-abbozz li skontu huma tajbin.
Artiklu fuq il-Maltatoday il-Ħadd irrapporta kif fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari kien hemm deputati li ċanfru lil Bernard Grech għal mod ta’ kif qed jimxi.
L-artiklu rrapporta ħasla li qala’ Bernard Grech mingħand id-deputat Mario Galea li spiċċa jfakkru kif Grech mhux membru parlamentari elett mill-poplu iżda ġie co-opted.
Dwar dan staqsejna lil Bernard Grech innifsu iżda għal din il-mistoqsija huwa ma kellux tweġiba.
Staqsejna wkoll lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia dwar ir-rebus li qam fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, b’Delia ma jiċħadx.
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone ukoll qalilna li l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari kienet waħda mqanqla sew.