Raġel ta’ 53 sena għereq fl-għargħar f’Katanja hekk kif il-maltemp kompla jippersisti fuq il-gżira ġara tagħna Sqallija.
Skont rappaorti fil-midja Taljana, qed jingħad li r-raġel tkaxkar mill-ilmijiet wara li hu ħareġ mill-karozza tiegħu.
Din hija t-tieni mewt, hekk kif it-Tnejn, anzjan ta’ 67 sena wkoll miet kawża tal-maltemp.
Filmati juru t-toroq Sqallin jinbidlu fi xmajjar filwaqt li Pjazza Duomo spiċċat mgħerrqa taħt l-ilma.
Is-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar meta nqatgħet il-provista tad-dawl, filwaqt li s-Sindku ta’ Katanja ordna biex il-ħwienet jingħalqu bħala prekawzjoni.
Ritratt: Ansa.it