Marokkin ta’ 36 sena li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex wieġeb mhux ħati wara li ttella’ l-Qorti mixli li kkaġuna ġrieħi ħfif fuq persuna b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Hu kien akkużat ukoll li kien qed iġorr din l-arma mingħajr permess, li kiser il-paċi pubblika, li hedded persuna b’apparat elettroniku u li kiser il-bon ordni waqt li kien fl-Għassa tar-Rabat Għawdex.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana ma tagħtux il-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant baqa’ jinżamm arrestat.