Bilal Abdul Aziz, raġel mill-Alġerija ta’ 31 sena tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li f’Ġunju ħarab miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi.
L-imputat wieġeb mhux ħati ta’ din l-akkuża u talab għal-libertà proviżorja minħabba l-istat ta’ saħħa fiżika tiegħu, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat.
Għalhekk id-difiża talbet lid-direttur tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin tagħti kull għajnuna medika li hemm bżonn.
Abdul Aziz baqa’ jinżamm taħt arrest u se jibqa’ miżmum fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.