Emanuel Xerri ta’ 47 sena minn Birkirkara baqa’ jinżamm arrestat meta ttella’ l-Qorti mixli li seraq chequebook u għamel użu minnu biex jiffroda €58,000.
Hu kien akkużat ukoll b’miżapproprijazzjoni, li ffalsifika firem fuq ċekkijiet, ħasil ta’ flus u talli kiser sentenza sospiża.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba fejn saħqet li r-raġel għandu rekord kriminali voluminuża.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien għaliex sostniet li hemm biża’ ta’ intralċ ta’ provi.