Michael Raymond Sciberras ta’ 31 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat b’diversi serqiet f’Raħal Ġdid
Ir-raġel, li huwa imwieled l-Ingilterra, ġie mixli li f’nofs Novembru seraq is-somma ta’ kważi €240 minn bott ta’ donazzjonijiet b’risq l-Inspire Malta.
Huwa ġie akkużat ukoll li aktar kmieni dan ix-xahar ikkometta serqa oħra ta’ €70.
Sciberras ġie akkużat ukoll li huwa riċediv.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat tal-akkużat spjega li l-imputat mar l-Isptar Monte Karmeli minn jeddu biex ikun jista’ jibda l-programm tad-droga.
Fil-Qorti, l-akkużat skuża ruħu ma’ ommu u oħtu li kienu fl-awla preżenti.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Pulizija Marseanne Farrugia, iddikjarat li qabel tingħata s-sentenza jkun xieraq li jinħareġ rapport ta’ qabel ma tingħata s-sentenza mill-uffiċjal tal-probation.
L-Ispettur Antonello Magri mexxa l-Prosekuzzjoni.