Brindo Jovanovic, Franċiż ta’ erbgħa u għoxrin sena minn Marsilja ġie mixli li xtara deheb u ġojjellerija oħra tiswa’ €270,000 b’karti ta’ flus foloz.
Hu tressaq il-Qorti wara koperazzjoni internazzjonali bejn il-forzi tal-pulizija minn erba’ pajjiżi differenti.
Filfatt hu ġie arrestat fil-Fillandja permezz ta’ mandat t’arrest Ewropew.
F’Malta quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace bi frodi, b’komplott kriminali u li ffalsifika flus kontanti.
Jovanovic wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrestat iżda din it-talba ġiet miċħuda mill-Qorti hekk kif ir-raġel m’għandux indirizz fiss f’Malta kif ukoll ħarġet ordni tal-iffriżar fuq l-assi kollha tiegħu.