Alexander Anthony Gialanze Whiteford ta’ 39 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’pussess ta’ droga u ksur ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Fl-awla ġie spjegat li l-pulizija ma setgħet issibu fl-ebda wieħed mill-indirizzi li suppost kien qed joqgħod fihom.
Fil-fatt hu ġie arrestat minn lukanda f’Tas-Sliema.
Huwa għandu kundizzjonijiet imposti fuqu minn tliet qrati differenti.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba li hu problema għas-soċjetà u kif ukoll għandu problema kbira ta’ droga u allura jkun aħjar jekk jinżamm fil-faċilità korettiva ta’ Kordin u jingħata l-kura meħtieġa.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lydon Zammit.