Id-dikjarazzjoni li għamel illum id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern tkun kburi li inti Malti u taħt Gvern Laburista tistħi tgħid li inti Malti, tikkonferma l-politika ta’ Simon Busuttil, li jimbotta ‘l quddiem il-politika ‘ta’ aħna u huma’, politika li l-poplu rema’ ‘l barra tliet snin ilu fl-aħħar elezzjoni.
Stqarr dan fi stqarrij l-Partit Laburista. Qal li din diġa hija t-tieni konferma f’ġimgħa waħda biss, hekk kif aktar kmieni matul din il-ġimgħa l-pressjoni li huwa mdawwar biha l-Kap tal-Oppożizzjoni, waslet biex ħa deċiżjoni ħazina, li wasslet għal vot kontra Malta.
Filwaqt li l-poplu Malti u Għawdxi kollu huwa kburi b’pajjiżu rrispettivament minn hemm fil-Gvern u l-interess Nazzjonali jiġi qabel kull interess partiġġjan ieħor, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli jimbotta ‘il quddiem politika tribali u jkompli jikkonferma dejjem aktar kemm huwa politiku elite u maqtugħ min-nies.