Il-Pulizija Maltija qed tavża li Patrick Ryan Mc Gahern, qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni li għadha għaddejja.
Qalu li kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 22/2024.
Avżaw li kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 22/2024.