Iċ-ċkejken Għawdxi li s-Sibt kien involut f’inċident f’jacuzzi fir-residenza tal-Familja, x-Xagħra Għawdex, għadu qed jissielet għal ħajtu fit-taqsima tal-kurta intensiva fl-Isptar Mater Dei.
It-tifel ta’ 10 snin sab diffikultá f’jacuzzi fid-dar tiegħu stess, wara li nġibed mis-suction tal-jacuzzi, kawża ta’ dan huwa għamel aktar minn 5 minuti taħt l-ilma. Fuq il-post issjeħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u wara ġie trasferit għal Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.