Fl-erbgħa u kwart ta’ dalghodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, f’Attard. Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Birkirkara tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ġo ħajt.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhijiex magħrufa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.