Sewwieq ta’ vettura ħelisha ħafif wara li tard it-Tnejn filgħaxija nqaleb bil-karozza f’Santa Venera.
one.com.mt jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00 p.m. meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fit-traffic lights.
Mad-daqqa l-arblu tqaċċat minn postu waqt li l-vettura spiċċat maqluba fuq ġenb. Minn informazzjoni li ġbarna minn fuq il-post, jidher li s-sewwieq ħareġ waħdu mill-karozza.
Fuq il-post għadd ta’ uffiċjali tal-pulizija li kkontrollaw it-traffiku. Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.
Filmat u ritratti: Alex Borg