Ġurnata ta’ mistrieħ inbidlet fi ħmar il-lejl meta Jet Ski baqgħet dieħla ġo dgħajsa li qasmitha min-nofs.
Il-każ ġara l-Ħadd li għadda 23 ta’ Settembru għall-ħabta tal-16.30 waqt li Ryan Micallef flimkien mal-ġenituri tiegħu u kelba ddeċidew li jħallu l-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna u jaħsbu bil-mod lejn Malta.
Fuq il-mezzi tal-midja soċjali Ryan Micallef kiteb dwar aġir irresponsabbli ta’ persuna li kriet jet ski u baqa’ dieħel fin-nofs tad-dgħajsa tiegħu wara li kien qed isuq b’veloċità eċċessiva f’Kemmuna u li ħabba f’hekk, spiċċat għerqet.
Konsegwenza ta’ dan żewġ persuni spiċċaw l-isptar fosthom Ryan li kiser saqajh u d-dgħajsa ġarrbet ħsarat tant konsiderevoli.