L-iskiet fi Triq il-Kosta, il-post fejn is-sewwieq ta’ mutur, Matthew Caruana, fl-etá ta’ 25 sena tilef ħajtu. Kif jidher fir-ritratt u fil-filmati, f’dan il-post li kellu jtemm il-ħajja ħesrem ta’ dan iż-żagħżugħ mimli saħħa, jifdal biss il-fdalijiet tal-mutur li tant kien għal qalbu.
Hija xena ta’ qsiem il-qalb meta wieħed jara dak li għadda minnhu Matthew, rota f’tarf ta’ triq u fdalijiet tal-mutur f’tarf ieħor. Kienu bosta li esprimew l-emozzjoni u x-xokk tagħhom fuq facebook, bil-mijiet li kellhom biss kliem ta’ tifħir għal dan il-ħabib.
Diskussjoni ma’ taqta’ xejn hija dik dwar l-inċidenti li ta’ kuljum qed nisimgħu dwarhom, li fil-maġġoranza tagħhom jinvolvu mutur, propju tmient ijiem ilu, intilfet il-ħajja ta’ missier żagħżugħ, Barry Zammit, li kien vittma ieħor tat-triq.