Il-Qorti ċaħdet talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Bulgaru li s-Sibt allegatament qal il-kliem ‘ħadd mhu se jsalva’ eżatt qabel titjira mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta lejn il-Greċja.
Manolov Ivan Zlatev ta’ 52 sena tressaq il-Qorti tul il-jum tal-Ħadd akkuzat li kkawża biża’ f’persuni li kienet se tintuża vjolenza kontrihom.
Zlatev ilu jghix Malta dawn l-aħħar erba snin u kien jaqsam appartament ma persuni ohra, izda sidt l-appartament keċċietu wara li ġlieda bejnu u bejn sħabu kkawżat ħsara estensiva fl-appartament. Din saħansitra anke ħallsitlu titjira biex imur lura lejn il-Bulgarija.
Titjira li kellu jaqbad is-Sibt. Iżda fil-kowċ li kienet qed twassal lill-passiggieir mit-terminal sal-ajruplan, koppja li semgħet lil Zlatev jgħid li ħadd mh se jsalva irrappurtatu lill-uffiċċjali tal-ajruport u dan ġie arrestat b’mod immedjat.
Minbarra l-akkuża li kkawża biża fost il-passiġġieri l-oħra, Zlatev kien mixli ukoll li hedded uffiċċjali tal-Pulizija fil-ħin tal-arrest tiegħu.
Il-Qorti qalet li mhix ser tittollera lil min jipprova jbeżża’ lil ħaddieħor, u l-imputat saħaq li mhux veru li ntqal dak il-kliem. Wara li il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fittxet l-istqarrija li dan għamel lill-Pulizija, sabet li filfatt dan il-kliem intqal bħala ċajta.
Ir-reati ta’ Zlatev huma serji u jġorru piena massima ta’ tliet snin ħabs, qalet il-Qorti, u b’hekk it-talba għal ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.