Isaac Camilleri ta’ 28 sena minn Tal-Pietà ġie akkużat bl-importazzjoni fil-pajjiż ta’ kilo u nofs kannabis.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat jgħix mal-ġenituri tiegħu u li hu ma jabbużax mid-droga.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjoni għadha għaddejja u, fil-Qorti, ingħad li jista’ jkun hemm involviment ta’ terzi persuni.
L-imputat wieġeb li mhuwiex ħati.
Għalkemm id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat Lara Lanfranco ċaħdet din it-talba minħabba l-akkużi serji quddiemha.
Il-każ jissokta.