Jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet biex nhar is-Sibt li ġej wara nofsinhar issir il-gay pride fil-Belt Valletta, bit-tema ta’ din is-sena tkun ugwaljanza sħiħa.
Bil-għan li din is-sena l-gay pride tkun isbaħ u aħjar minn snin oħra l-organizzaturi għaddejin b’ħidma li l-entużjazmu tagħha jirrifletti sew ir-riformi li għamel il-pajjiż, tant li Malta spiċċat l-aqwa f l-Ewropa f’dan is-settur.
Fost bosta affarijiet għaddeja ħimda fuq karrijiet bħal dawk tal-karnival biex l-attivita tingħata l-kulur li jistħoqqilha. Il-kulur tal-paċi u l-imħabba.