Mewt ieħor ta’ żagħżugħ – Fuq is-sit soċjali facebook dalgħodu kienu l-mijiet li selmu l-memorja taż-żagħżugħ ta’ 26 sena, Roderick Grech, li tilef il-battalja bejn il-ħajja u mewt. Liema aħbar kienet ikkomunikata mill-Pulizija, fil-jum li fi ftit sigħat oħra se jitressaq il-Qorti raġel residenti Birkirkara.
Dan hekk kif il-mewt ta’ Grech tħabbar wara li fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa, l-ġuvni qala’ daqqiet ta’ sikkina. Kienu l-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit li sabu liż-żagħżugħ ferut.
Spikkaw il-kummenti ta’ xokk, hekk kif żgur li ħadd ma kien qed jobsor li dan iż-żagħżugħ se jitlef ħajtu. Sħab Grech ikkumentaw dwar il-fatt li l-ħabib tagħhom ħalla din id-dinja wisq kmieni.
Il-kummenti fuq facebook, iġibu d-dieqa hekk kif ħabib ieħor ta’ Grech kiteb li issa “mhux se nkun qed nisma’ aktar leħnek”
Għall-ħabta tas-14.30pm, se jkun qed jitressaq raġel residenti Birkirkara b’rabta ma’ dan il-każ.