Seth Passah ta’ 26 sena mill-Gana ngħata sena ħabs sospiża għal sentejn wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta prova jitlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’passaport ta’ terzi persuni u jmur Londra.
L-akkużat li deher viżibbilment imbikkem fl-awla tal-Qorti pprova jsiefer b’passaport Belġjan għaliex ma setax isiefer fl-ajruport ta’ Heathrow b’passaport tal-Gana.
Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u qabel ma ngħatat is-sentenza, l-imputat niżel għarkupptejh jitlob ħniena u skuża għall-aġir tiegħu.Il-Qorti b’hekk tagħtu sentenza sospiża u avżat lill-uffiċjal tal-immigrazzjoni sabiex jibda l-proċess ta’ tneħħija mill-pajjiż.