Renald Baldacchino, li għandu 39 sena minn Ħal Qormi, qal li mhux ħati talli hedded, attakka u insulta persuna.
Baldacchino li huwa reċediv, kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u wettaq r-reat waqt li kien taħt sentenza sospiża.
Hu qed jaffaċċja wkoll akkużi relatati ma’ droga f’każijiet separati.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.
Il-Maġistrat Astrid May Grima li kienet qed tmexxi dan il-każ qalet li x-xhieda kien għad fadlilhom jixhdu u li l-akkużat ma kienx tgħallem mill-iżbalji tal-passat.
Fuq talba tal-Avukat difensur, il-Qorti rrakkomandat li l-akkużat jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli biex jingħata l-għajnuna kollha biex jegħleb il-vizzju tad-droga.